Friday, December 31, 2010

Meta l-mara meshet l-istatwa

Rajtek, tiddekora l-fjuri,

waqt li b'harsa hanina,

hi harset lejk - id-duluri,

stallet minfud,

go qalb ta omm,

ta iben mitluf,

u waqt li int, tpoggi,

wahda, wahda,

fjura, fjura,

bhal shaba hakkmitek,

gelitek terga lura,

u rajt lil mara,

dahra mserrah ma njama harxa,

smajt ghexiren ta saqajn ta, suldati,

tant li hassejtek imtarxa,

dawwart wiccek l'hawn u l'hinn,

ma lmaht xejn,

hlief lil mara u ragel mejjet,

dawn it tnejn,

rajt dulur ta' omm,

li bilkemm jista jitwemmen,

hi harset lejk u qaltlek,

issa binti - f'ibni kulhadd sa jemmen,

ax kollox mar u kien li kien,

hu kellu jkun b'mewtu,

il - veru qawmien,

imbaghad rajt lilha tiggeneb,

u tixher,

tghajjat ismu b'hegga,

l-imhabba taghha tixghel,

rajtha ittawal idejja,

u harset lejn il-gisem mixhut fuq saqajha ghal tulu,

u hi stednitek biex tmisslu l-feriti,

u tara b'ghajnejk dak li ghamlulu,

imma dak li hu, hu,

u li sar, sar,

kemm nixtieq li d-dinja hi isbah,

u hajjitna ahjar,

ghax il gerha tieghu,

ghalkemm saret sekli ilu,

b'harsa ta' qilla, ghira jew daghwa,

il-gerha qatt jien m'hu ser indewwilu,

iva, ghax bil agir tieghek u tiieghi,

isna qed nejdulu,

le, m'ghandniex x'nambuk,

mur min quddiemna,

ghax jekk terga tigi - nergaw insallbuk,

ghalekk, huti, ishru, ghax dak li hu l-bod, issa vicin,

ta ragel li ser jissallab, li kien qabel bambin,

allura iva, ejja nhaffulu,

dak is-salib tant tqil,

ghax b'dak li naghmlu,

bl-ghemil,

fil-hajja l-ohra int tibrilla,

fil-hajja l-ohra r-ruh ittir,

u ghalekk mara li int timsah il-vara tad-duluri,

u tpoggilha hdeja il-mazz tal-fjuri,

imsahhilha id-dmugh,

itma lil min hu bil-guh,

u jekk vera int trid tnehhi xi dulur,

tharisx lejn razez, religjon jew xi kulur,

ghax l-ahhar punt int ghad tkun il -genna,

ghax il-Mulej li kulhadd irid,

inkluz int, lilek qed jistenna.

No comments:

Post a Comment

Note: Only a member of this blog may post a comment.