Friday, December 31, 2010

Iva, jien lilha nerga niehu

Kemm hi haga sabiha,

Li tara zewg anzjani,

Id f’id jimxu fil-hena,

u lilu nisthajlu jghid kburi bli tani,

Ghax illum kollna cerimonji,

Kollox suppost ward u zghar,

U imbaghad mal-ewwel nitbeghdu,

Kif nisimaw il- hoss ta’ l-ewwel nar,

U dawn it-tnejn wara ghexieren,

Ghadhom jirrikonfermaw qlubhom,

Jharsu lejn xulxin bhal ewwel darba,

Hafif u ftit kien dnubhom,

Ghax ma rawx l-affarijiet banali,

li-l-gisem ifferhu,

imma ruh itellfu,

u ghalekk huma fi zmien gwerer,

u meta griz kien is-shab,

weghdu lil xulxin imhabbithom,

sa meta gisimhom jerga jsir trab,

il hajja li taf taghder,

fl-istess hin tafghsek xi ftit,

imma jien hawn qed nimmagina,

dawn iz- zewg anzjani jimxu id f’id,

u hekk fil-hena, f’dik il-hemda,

f’dinja li kulhadd jiftahar b’rihu,

nisma mil-gdid lil anzjani itenni,

Iva, jien lilha nerga niehu.

No comments:

Post a Comment

Note: Only a member of this blog may post a comment.