Friday, December 31, 2010

Haj Ghalik

Haj....Ghalik

by Jack Vella on Monday, December 13, 2010 at 9:02pm

Inhossni haj,

kull meta nkellmek,

kull meta jin nitlajja,

inhossok ittini lhajja,

nesplorak kuljum bhal ma jaghmlu il mahbubin,

kull sekonda ta' minuta,

sakemm il-Mulej isellifni il hin,

u nhobbok, nammirak,

kull sekonda irrid narak,

iva nhobbok u minn rajja,

x'imkien mistohbi, jew fuq xi bajja,

swaba telghin u nezlin,

helu, helu, fin, fin,

Niggustak u kull meta nkellmek,

inhoss friefet go l-istonku tieghi,

nisthajjlek tizfen quddiemi,

w'iddawar idejk mieghi,

u hadd ma jnehhili dan il-hsieb,

li ghad nikteb jien fi ktieb,

hadd ma jista jghidli ghala,

ghax naf li din il-mara zgur m'hawnx bhala,

mara sensittiva bhat tajjar,

li tnessili bil-bews invissibli l-imrar,

mara li bhal issawret mill-fuhhar,

li imbaghad ha l-hajja,

waqt li passjonalment kont qed niffurmak,

mieghek kont qed nitlajja,

nimmaginak taqbadli idi,

w'thares lejja,

meta tkun hdejja,

fuq ix-xefaq ta' l-irdum,

fejn il -bierah jizzellaq fil- llum,

waqt lix- xemx taghti l-ahhar tislima,

gismek ghalija tempju,

bhal Allat tal-qedem, li qabli kienu taw qima,

ghax jekk xi haga tistona,

int f'hajti gibtha dritta,

u kull meta smajtek sa mill-ewwel darba,

qalbi habtet dejjem sitta, sitta,

imma bid-demm l'ghandi,

u b'dan il-bahar ta' mhabba kumpatt,

l-aqwa li qalbi tibqa thabbat ghalik,

u nweghdek li mhi ser tieqaf qatt.

No comments:

Post a Comment

Note: Only a member of this blog may post a comment.