Zewgt' iqlub - tahbita wahda
Fil-bidu taz-zmien,
Mara misterjuza fuq ritratt,
mhabba li nasal biex insejhilha fatat,
fil-guf iffurmajt ghalija u bdejt titrabba,
it-tifsira nieqsa ta' x'inhi tassew l-imhabba,
Sirt inhobbok fl-invisibbli,
demm li ma jidhirx li mela dawn il-vini,
sabiex il-gisem bla ruh li kelli nieqsa,
dik li int lili kellek ittini,
Gejt int minn fuq ghax baghtek ghandi is-Sultan tas-smewwiet,
ma' ridtx hafna elogji,
baghtek ghandi bil-mohbi,
fil-hemda tal-lejl,
meta f'did-dinja kien hawn biss skiet,
u qalli preciz kien Hu dawn il-kliem,
"Jien Sid il-holqien kollu,
li naghmel jien hu dejjiem,
Ha ntihielek, hu hsiebha, rawwimha sew fl-imhabba,
ser tkunu intom zewgt' iqlub,
imma t-tahbita tibqa biss wahda"
Telqek f'idejja tant u tant vicin,
f'mument li sthajjilt li madwari, kien bhal waqaf il-hin,
kont nhares lejk biss mill-boghod,
nahseb fik u gismi bhal imxarrab fix-xita
kien jibda jirtghod,
kollox hekk beda,
hars minghajr kliem,
li sawwarli s-sisien ta' hajti,
kompla jinbena fuq dak li bnejt jien,
nhares lejk mit-tieqa,
mara ferhana li tahbi d-dieqa,
u bejn kull qatra li thammiglek il-hgiega,
minghajr ma taf f'qalbi qabbadtli huggiega,
u l-pittur fija jpitter,
is-sakranazz jisker,
il-muzicist jikkomponi,
ix-xabbatur jitla fil-gholi,
il-poeta u l-awtur fija jikteb,
linji li fid-destin tieghek ileqqu bhad-deheb,
biex juruk li din mhix xi qalb ohra,
biex juruk li bhalek tassew m'hemmx,
u jigri x'jigri f'hajti,
ghax dak li diga hemm miktub mhu ser jithassar minn hadd,
ktibtlek erba linji biex nurik li nhobbok,
b'dik it-tip ta' mhabba li ma tintemm QATT.
JV
II.XI.XIII
No comments:
Post a Comment
Note: Only a member of this blog may post a comment.