You can discover places, but you can never discover happiness unless you discover your heart - Jack Vella
Thursday, October 24, 2013
Imhabba ta' veru
Harstu kienet lejn l-ajruplan li kien ghadu kemm ghadda. Ridet tarah, xtaqitu. Imma fl-istess hin, ma setghatx turih xi thoss ghalih. Ghafset dawk it-tmien numri li bhal donnu mohhha kien dara issa. Kien facli tiftakru in-numru tieghu. Min fuq in-naha l-ohra instema' dak il-lehen li kien jghaqqadha jekk ikun hemm xi bicca mkissra, li jerfaghha jekk hi taqa'. Lehnu biss kien igeghlha thossha zaghzugha mill-gdid, kien bhal donnu vibrazzjoni li jghannaqha minghajr biss tarah. Imma Lilu biss kienet trid u minnu ridet aktar.
"Hello" instema' jghid hu.
"Nixtieq narak" qaltlu, "nixtieqek iddahakni mill-gdid, nixtieqek thaddani u rrid nesperjenza it-tghanniqa tieghek. Qalbi mherrija bl-ugigh li jien qatt ma'nista nuri." Kienet qed tahsibha jekk turihx, jekk tghidlux dak li kienet qeghda thoss, ghax min gie qablu tant wegaghha li l-wegghat kienu xi kultant jergghu jfeggu minghajr lanqas biss taf kif hi. Iddecidiet li turih. Ftakret fi kliem Nirvana fl-ittra li kienet kitbet ghal funeral taghha stess.
"...dak li ghandek taghmel, ghandek tghid ghidu...ghidu llum u minghajr dewmien." U kompliet hi "Ghax illum stess taf ikun tard".
U hekk iddecidiet. Il-kliem li kien ser johrog minn halqha kien ser jibdel kollox. Hajjitha u l-mod kif tahseb fuqha. Ridet li qalbha tfur bl-imhabba mill-gdid. Hasset li hu biss, bhal karattru minn xi storja seta jwennisha u jkisser dak is-seher.
"Ejja ha nigi fejn trid int, ghidli fejn"
Kienu joqghodu minuti il-boghod minn xulxin u ghalekk iddecidew li jiltaqaw nofs triq.
Hu wasal qabilha. Kellu sigarett mdendel f'halqu. Xaghru nokkli mrembel. B'dik in-naqra lehja, xtaqet tobrox qalbha, sabiex tillixxja il-wegghat tal-passat, - li ragel fuq ragel bena u ghawwar f'dak il-bir tant profond, fejn ir-riflessjoni ta' dik il-mara li xi darba kienet bilkemm kienet ghadha tidher - bilkemm biex imbaghad hu jkun jista jtiha wicc gdid.
Harset mill-gdid lejh. Aghmlilha sinjal biex tirkeb. U hi ghamlet kif qalilha. Hassitu diga qed jiddeciedi id-destin taghhom. Hassitu ragel jaf xi jrid. Hassitu diga qed jipprotegiha.
Ghannqitu u qabditlu wiccu bejn idejha. U hu b'tant hlewwa imma wkoll misthija hares lejha. Wiccu hmar.
"Taf thobb?" saqsitu hi meta l-ahhar ghajta tas-serduq kienet ghadha qed tidwi.
Hi stagghbet biha nnifisha u bil-kliem li hareg minn fommha. 'Ghala saqsejtu hekk?' hasbet bejnha u bejn ruhha.
U ir-risposta li taha kienet dak - li skond hi - ir-risposta li kull mara tixitieq li ghallinqas darba f'hajjitha tisma.
B'rasu baxxuta, u xi ftit misthi qalilha b'ton helu imma sod u b'konvinzjoni, "Ma rrid nghid xejn mizjud ma' dak li diga ntqal. L-imhabba ta' veru hija dejjiema u m'ghandiex bzonn spjegazzjoni. Taf tadgher u tahfer. Taf thenn. Hija imhabba tant kbira li thossok tal-genn. Imhabba - li anke jekk tiblieh jew tixjieh u titkemmex, jew bhal ritratti ta' dari, int ma tibqax sabiha tlellex - ghalija tibqa dejjem sabiha, bhalma diga ghidtlek fjura bir-riha. Jien hekk naf inhobb. Hadd qatt ma tani ic-cans, jew jiena ma hallejt qatt lil xi hadd jasal tant qrib ta' qalbi. Jien naf inhobb" temm jghidilha " imma nhobb biss b'imhabba ta' veru"
JV
XXIV.X.XIII
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment
Note: Only a member of this blog may post a comment.