Monday, June 6, 2011

Xtaqt

Xtaqt

Xtaqt li kieku nurik,

U forsi mhux l-imrar ta dil-hajja nisqik,

Xtaqt li tkun tieghi minn dejjem,

W’tibqa mieghi ghal dejjem,

Xtaqt li nkun l-ewwel zifna tieghek,

L-ewwel bewsa li taghti ,

l-ewwel diskors li jsir,

l-ewwel imhabba ta’ zewg namrati,

xtaqt li wahdi nihdok fix-xaghri ,

fejn il-haxix jitbewwes mar-rih,

fejn l-ghasafar itiru,

u jiftahru b’dal globu u kull ma fih,

xtaqt li hekk - hekk wahdi u flimkien mieghek,

immiss is-saqaf tas-sema,

xtaqt li ghal kull xewqa li ghandek,

jien quddiem artal nixel ix-xema,

li tibqa tixghel ghal dejjem,

u ma tintefa qatt,

bhal kelma dejjiema,

li int ghedt lil ewwel namrat,

xtaqt li kieku kont inkun tieghek mill-ghodwa,

meta f’hajtek xtaqt il wens,

w’ghalik niggieled nikkumbatti,

w’nitqabad jien, ghalik, ma’ kull gens,

xtaqt li jekk forsi int ridt xi hadd,

u dan li tarah mhux biss fil kliem,

kont tara kollox fija,

ghax dak li naghmel ghalik hu dejjiem,

xtaqt li nkun ghalik ix-xemx tizreg,

jew l-istilel ta filghaxija,

xtaqt jin noffrilek hajti u zmieni,

hudha, dik tieghek b’kull ma fiha,

xtaqt li kieku nkejjel imhabbti,

bir-ramel ta’ fuq il-bajja,

li nkun ghalik skultur,

li jispicca jtik in-nifs, il-hajja,

xtaqt li kull meta thares il-fuq,

f’dak il-pajsagg, hemm fis-sema,

tara dejjem lili nitbissem,

b’imhabba lesta li ghalik tintrema,

ghax qabel mad-destin tani lilek,

jien kont ga habejtek,

qabel mal-genituri rawmuk f’mara sabiha,

jien b’imhabbti kont ga sqejtek,

u hekk illum ma narax iktar mara wehidha,

tibki, tolfoq ghax thossha mwarrba,

imma tara lili gej bil-mod lejha w’ghal dejjem,

sa mal munitira tektek l-ahhar darba.


Jack Vella
05.VI.XI

Once again I suggest that you listen to this latest poem with Ennio Morricone's the Mission soundtrack!!! - this is the link...http://www.youtube.com/watch?v=fC58MjYDp64

No comments:

Post a Comment

Note: Only a member of this blog may post a comment.