1.
L-atmosfera fil-kuritur kienet wahda ta' swied il-qalb. U kien hemm diversi ragunijiet ghal dan. Imdawrin maghha kien hemm uliedha, erba' minn hamsa, bil-hames wahda kienet mistennija tasal minn mument ghal iehor. Il-mobile tal-kbira, dik li kienet ghadha ma waslitx beda jdoqq fuq is-seat tal-passigier tal-karozza taghha, hi u sejra lejn L-Ingieret. Mohhha kien mimli memorji, sbieh u koroh tal-mumenti li sa minn tfulita kienet qattet m'ommha. Peress li kienet l-ewwel wahda minn dejjem kien hemm dik il-gibda, dik in-naqra mhabba aktar lejn dik li wellditha.
Il-hin fuq id-daxxbord kien juri l-hamsa u ghaxra.
F'nofsinhar kienet irceviet dik it-telefonata, li ghalkemm minhabba l-eta t'ommha kienet qed tistenniha, meta waslet xorta ma' kinitx preparata ghaliha. Dik it-telefonata bidlitilha il-gurnata. Ghal maghmul m'hemmx kunsill, biss it-toroq t'Alla huma twal u sakemm tasal taf idur kollox. Imma dawk huma t-toroq tieghu u dawn jafhom Hu biss.
"Il-mama qeghda hazin" kien jghid il-lehen fuq in-naha l-ohra tal-linja, dak tal-fustanija. U min hemm bdew sighat t'agunija shiha kemm ghat-tfal u kemm ghal omm, imma dak il-hin wicc il-kbira jien juri l-kuluri kollha li kien hemm fil-qawsalla u anke dak l-kulur pur, l-abjad. U dan il-kulur tista tghid akkumpanja lil ahwa kollha matul dik il-gurnata. Bid-differenzi kollha taghhom, dik l-omm li taghthom il-hajja irnexxilha taghmel dak li kien ilju ma jitwettaq snin, tghaqqadhom mill-gdid f'kamra wahda.
2.
"...dik ma tahmilnix u ma nafx ghalxiex, sahansitra tghir forsi xi naqra ghalija, imma jiena anke jekk forsi stajt weggajtha, jiena miniex lesta li nitlobha skuza", qalet Sofija lil Julia.
Sofija kienet tigi ir-raba wahda mill-ulied. Julia kienet il-fustanija u dik li hadet hsieb li ccempel lil hutha kollha biex tavzahom li ommhom wahdanija u l'unika genitur li kienet ghadha hajja, kienet waslet lejn l-ahhar ta'hajjitha, f'xifer il-mewt. Qabel Julia kien hemm Tessa, il-kbira dik li kienet ghadha ma waslitx u Vonnie jew Yvonne, it-tieni wahda. Wara Sofija kien hemm imbaghad Guditta, li bhal fil-karattru li jinsab fil-Bibbja kienet dejjem lesta li tahsad l-irjus u galadarba ma tiehux grazzja mieghek kienet taghmel minn kollox biex tkunta'ostaklu anke ghal min kien ikun diga mghaffeg f'dan il-wied tad-dmugh.
Julia mejlet rasha u alavolja kienet taf li ohtha ghnda ragun ma ridietx li d-differenzi u l-pika li eziztiet tul dawn l-ahhar snin tkompli u sahansitra tittiehed anke fuq is-sodda tal-mewt t'ommhom. Tista tghid li l-iktar tnejn fuq tagghom u l-inkwiet kien jigri warajhom - jew jigru warajh huma - kienu Vonnie u z-zghira Guditta.
"Ghalkemm naqbel mieghek oht, irridu naraw li dawn l-affarijiet jintesew ghal ftit, allinqas sakemm jigu rrangati l-pjanijiet ta' l-ahhar vjagg t'ommna!!" temmet tghidilha Julia.
" U dan filfatt huwa l-inkwiet tieghi Julia, ghax tinsiex li waqt li dan ser ikun l-ahhar vjagg taghha u hi tispicca sitt piedi taht l-art, ahna ser nibdew il-vjagg taghna lejn il-martirju u dan taf li huwa habba l-wirt". Filwaqt li Sofija qalet hekk, hi tmejlet il-quddiem fuq is-siggu tal-kuritur u l-boghod minn kollox u miz-zewgt' ahwa l-ohra, intefghet timmagina x'seta' jigri lilhom wara l-mewt t'ommhom li huma kollha kienu qed jistennew minn mument ghal iehor.
3.
Peress li ma kienx possibli li huma kollha ikunu fl-istess hin hdejn ommhom dak il-hin, kien hemm biss Vonnie u Guditta, hdejn dik l-mara qsajra mimduda li kienet qed tiggieled man-nifs. Gisimha li kien diga qed jibdel il-kulur, beda jiehu lewn ikhal. Sinjal li verament kienet waslet fl-ahhar.
"Guditta, ara ma jfettilekx tkellimhom lil dawk il-hodor" qalet f'daqqa wahda hdejn is-sodda t'ommha Vonnie b'lehen awtoritattiv.
"Jekk ghandiex wara dak kollu li ghamluli" temmet tejdilha l-ohra. U kif jghidu, bhal ma taghmel jaghmlulek u allura din it-tradizzjoni mhux ser niksirha jiena!!".
Imma l-omm alavolja f'xifer il-mewt kienet qeghda tisma kollox. U dan huma ma kienux jafuh. Go mohhha beda ghaddej x'sar minn dawn it-tfal li hi u zewgha Gejtu rrawmu u tellghu f'tant ghozza w'imhabba. Xtaqet li kieku tista tghajjat u twiddibhom. Xtaqet li kieku thabtilhom rashom u turihom il-hsara li qed jaghmlu lil xulxin. Xtaqet li titlaq minghajr rimors, iktar u iktar ghax kienet taf li dan kollu sa certu punt kienet bdietu hi bil- preferenzi lil tnejn minn hamsa. U ta' dan iddispjaciha, talbet mahfra lil Mulej.
Il-Mulej kellu izda, pjanijiet differenti. Xi kultant ruh li taghmel il-hsara tispicca quddiemu minghajr ic-cans li tirranga l-affarijiet u dan ukoll kien ser jidher li ha jkun il-kaz. Imma t-toroq tal-Mulej hadd ma jafhom. U fil-hin li l-fannijiet tal-kurituri kienu qeghdin jzeffnu bil-mod il-gwienah taghhom, jfarfru t-trab li kien ingemgha kemm ilhom mhux mixghulin u jibdew melodija retorika li ddamdam il-kurituri u flimkien mal-inhor tax-xjuh ikunu l-unika hsejjes li jidwhu matul il-lejl, instema l-pum tal-bieb principali jinfetah. U hekk kif il-bieb tbexxaq, intlemhet persuna mdaqqsa liebsa libsa twila sewda. Minn idejh - bhal qisu kollox kien mixi bil-mod - iddendlet il-kuruna tar-ruzarju li sa dak il-hin kienet marbuta mas-swaba kollha. Tnejn minnhom izda tilfu l-kuntatt w'ghalekk il-kuruna filwaqt li kienet ghadha mdendla bhal qabzet minn idu u nizlet pied taht il-palma u bdiet titbandal l'hemm u l'hawn maz-ziffa tar-rih falz mormi mill-fan ta' fuqu.
Bil-minuti ghadejjin in-nifs tax-xiha hiereg min sidirha u tiela l-fuq sakemm jiltaqa mal- kumplament tal-arja ta' barra, beda jbatti. Il-qassis, Dun Gorg kien jidher li wasal fil-hin. Anni, 'zda - l'omm - kienet ghadha mhiex lesta li titlaq - ma setghetx turi wiccha quddiem il-krejatur. Ma setghatx titlaq hekk. Kien ghad baqa forsi ftit sekondi li ghaliha dehru bhal jiem twal mudlama.
F'daqqa wahda waqt li Dun Gorg kien rehilha, wara li ghalaq il-bieb lejn il-kamra numru hamsa instema ghajjat li damdam lil hitan. Anni kienet ghamelt sforz u bdiet tghajjat u xxejjer idejha bla razan u bla kontrol.
"Ejja, Ejja"
Ftit qabel l-ahwa kienu mwiddba minn nersis biex ma joqghodux kollha hdejn ommhom ghax kien hemm wisq nies flimkien mal-kumplament tal-familja. B'hekk l-irgiel ta' l-ahwa flimkien ma-neputijiet u l-gharajjes taghhom intalbu johorgu barra jew jerhulha lura lejn id-dar.
Il-Mulej irattab il-qalb. il-Mulej juri t-triq. Il-Mulej huwa l-unika salvazzjoni anke ghal dawk li jkunu qeghdin jahsbu li huma salvati imma filfatt ikunu mitlufa. U lil dawn il-Mulej iridhom lura. Din hija l-glieda eterna bejn it-tajjeb u l-hazin!!
L-ahwa li kienu fil-kuritur, wara rmew is-sigarett gol-ashtray u sellmu lil Dun Gorg mill-bod, harbu jigru lejn ommhom wara li semghu dak l-ghajjat. Dun Gorg kif rahom jigru lebbet ghal warajhom b'kemm setghu ituh is-saqajn ta' sitta w'sebghin sena li kellu. Lil Anni u l'Gejtu kien ilu jafhom sew u kien ghalekk li ghall-grizma Sofija kienet qalet lilu. Sewwasew seba snin qabel kien hu li ta' l-ahhar sagramenti lil Gejtu meta ghalaq ghajnejh fl-eta sabiha ta' disghin sena.
Tessa kienet sadanittant lahqet waslet u kienet magenb ommha wkoll wara li dahlet mil-bieb tan-nofs li kien iwassal ezatt magenb il-kamra t'ommha.
Issa fil-kamra kien hemm Vonnie u Guditta fuq in-naha tal-lemin t'ommhom, Dun Gorg fin-nofs, filwaqt li Sofija, Tessa u Julia kienu fuq ix-xellug. L- omm pruvat tqum izda ma kelliex sahha taghmel dan. Tessa indunat u pruvat tghina izda Anni ghalkemm agitata, warbitilha idha min wara darha u poggitha fuq l-istonku taghha. Kienet stejqret sew u kienet f'sensiha alavolja bla sahha. Imma dan il-mument kien dak li kienet ilha tohlom snin. Quddiemha kienet hemm uliedha li ma kienux jithamlu bejniethom u dan ghal bosta ragunijiet. Tessa harset lejn ommha u wara lejn in-naha l'ohra tas-sodda lejn Guditta u Vonnie. Anni bil-mod zelqet idejha l-leminija lejn Vonnie u bis-sahha li kien ghad baqalha zammitha u mexxietha bil-mod ghal fuq l-istonku, sewwasew fuq id Tessa. L-ahwa harsu lejn xulxin issummati. Kien dan il-messagg li ommhom ippruvat tghaddilhom. Riedet tghaqqadhom fuq is-sodda tal-mewt qabel titlaq ghal dan l-ahhar vjagg, vjagg li ghalih kienet ser tkun wehidha flimkien mal-hin kollu li kienet uzat f'hajjitha u dan kienet ser tipprezentah quddiem il-Mulej. Imma dan il-hin kien bhal donnu ghadu ma wasalx. Ommhom wara din il-mossa, baqghet izomm idejhom fuq xulxin b'sahha 'zda kienet tidher hafna iktar kalma u wiccha bhal kien ha d-dawl. Dun Gorg kien diga beda jlissen minn taht l-ilsien l-ewwel posta tar-ruzarju. L-omm dehret rassenjata u ghajnejha bdew jitbexxqu bil-mod. In-nifs beda jbatti. L-ahwa bdew jghannqu lil xulxin u wahda wahda, jitolbu mahfra filwaqt li jibku lil ommhom u lihom infushom. L- omm bhal tbissmet u hadet l'ahhar nifs u sidirha tela u nizel ghal ahhar darba.
Dak il-hin id-dawl bhal tbatta u rega xeghel.
Il-kuruna ta' Dun Gorg kienet bdiet tixxengel mill-gdid taht il-fan tal-kamra. Dun Gorg kien diga qed imiss is-seba zibga tal-kuruna dak il-hin. Huwa stieden lil ahwa kollha biex jghidu r-ruzarju mieghu. Minn man-nuccali imtappan bil-frame ohxon dehret demgha niezla. Kien ghadu kif kien xhud ta' miraklu. Miraklu ma' hamest' ahwa.
Tassew it-toroq t'Alla huma misterjuzi w'ma jafhom hadd, haseb bejnu u bejn ruhu dan il-qassis.
TMIEM
Jack Vella
6.VI.XI.
No comments:
Post a Comment
Note: Only a member of this blog may post a comment.