Tuesday, March 1, 2011

Sodda Battala (Empty bed - poem in Maltese)

Nqum, nistejqer,

nhares lagenba,

hemm qalb li qed thabbat,

lil ohra tistenna.


Imma l-imhadda,

li xi darba ras iffurmat,

li issa bhal destin kiefer,

kulur sfumat,

nifs fgat,

ghax nimmaginak biss nista',

tqum mieghi,

wid-dinja tieghek tkun ukoll tieghi.


Imma f'dil-hemda bahh,

ma hemm xejn li jfakkarni,

li go dis-sodda,

xi darba kien hemm tnejn,

niehu nifs il-gewwa,

u nhares,

lejn ix-xemx li qed tiddi fuq wicci,

li turini li kemm fis-sewwa u fid-dnewwa,

il-hajja tipprezentalek testijiet,

f'forma ta' intricci.


U waqt li mill-lvant timxi,

hi bil-mod bhal xih bil-bastun,

lejn in-nofsinhar,

w'imbaghad jiena nimmagina u wahdi ngedwed,

kif iz-zmien li flimkien qattajna kien tar.


Imma meta int kont tqum magenbi,

kont tant inhossni ahjar.


Ghax dawk id-drabi kollha,

li konna jew naraw film jew nieklu l-lewz,

nistenbhu bl-alarm tieghi filghodu,

jew bil-mijiet min dawk il-bews.


Trid te?, kont int isaqsini,

biex tiehu hsiebi,

taghdirni, tifhimni, w'tismghani,

x'rigal zejjini bih Alla,

fl-ahhar staggheb kull min rani.


W'illum dil-qalb wehidha,

fuq is-sodda ghax maghha m'hemm hadd,

qeghda thabbat mija mija,

hekk kif in-namrat,

jahseb fin-namrata,

u f'dak iz-zmien meta kien go fiha.


Imma wahdu 'llum fuq l-imhadda,

u s-sodda b'nofsha vojt,

wahdu jtenni l-kliem u jsaqsi,

jekk mhux ghalekk, mela ghala?

ghaliex wahdi jien hawn qieghed,

wahdi rieqed, wahdi nohlom, wahdi nqum?

U mill-gdid irid risposta ghal dik l'ghala,

ghax minghajrha hdejh, hajtu kollha hi,

bhal sodda battala.

No comments:

Post a Comment

Note: Only a member of this blog may post a comment.