Saturday, March 19, 2011

Lghabt loghba futbol mal-Mulej (dedika lil fr. Joe Galea 1951 - 2007)

Tqabadna flimkien,

int u jien Mulej,

min-naha ghal ohra ta dinja,

u beda ghaddej il-hin,

imma l-loghba damet hafna,

u spiccajt jien Turin.

Hdimt b'hena fost iz-zaghzagh,

tajthom tal-hajja it-taghlim,

lghabt il-futbol maghom,

u int f'nofsna,

w'hekk nghaddu l-hin.

L-oratorju li ghamilt maghhom,

kemm zlaqt jien fuq il-haxix,

u int fis-silenzju kont tilghab maghna,

u kif qatt ma kellek brix?

Kemm konna ahna nitqabdu,

u kemm jghidu li mhux sportivi t-taljani,

imma jien kont niehu pjacir bil-bosta,

waqt l'huma jtennu,

int ikbar minnha Padre Jo,

u qaluli tant li ma kienx hemm bhali.

U ftahna imbaghad centru Don Bosco,

biex bhal dal-qassis,

inrawwem it-tfal,

halli jikbru huma xempju tieghek,

biex b'hekk jghixu hajj'ahjar.

Indum kont nghallem jien lilhom,

sa ma int kont ittina d-dawl,

u bil-qamar tieghek jiddi fuq wiccui,

nirrakonta storja w'l-isbah qawl.

Imma kollox li kien jibda,

xi darba jkollu t-tmiem,

u ghalik ridtni int nahdem,

imma meta HI hakmitni,

ghidt ghalfejn jien?

Il-marda li jien kelli,

infirxet ma kullimkien,

bhan-narcis fil-gimgha l-kbira,

kif jinfirex mal-widien.

U bl-imhabba li int ftaht idejk,

bhal biex tilqa dan ix-xutt,

ridt lili biex nilghablek,

u mis-sema nghajjat zut.

Imma hej ma kelliex sahha,

b'din l-imbierka barka li int bghattli,

ma stajtx nghajjar b'pulmun taljan,

xorta kburi li jien Malti.

Imma naf li waqt li l-ahhar demgha tinxef,

u l-pulmun tieghi qed isir xott,

u l-ahhar bikja tat-tfal tieghi,

issa nista' nitlaq u nigi hdejk,

ghax int bija zrajt sigra li ghamlet il-frott.

Mulej lghabna loghba mieghek,

mhux dik ta' disghin minuta biss,

u kemm pruvajn'ahna nizgicawlek,

u niskurjawlek,

inkiss inkiss.

Imma issa qed nitbissem,

ghax il-logbha waslet fit-tmiem,

hallini naraha ghal ahhar darba,

u niskorja il-gowl tal-qawmien.

Ghax int Mulej bil-marda tieghi,

ghaqqadt poplu bhala wiehed,

u naf jien li b'dak l'ghidt b'fommi,

issa hadd minnhom ma jibqa' sieket.

Ghax huma se jfahhru lilek,

w'tieghek ixxandru l-Evangelju,

sakemm fit-tim taghna jighaqdu,

u jgawdu mieghi LILEK, l-aqwa premju.

Grazzi mill-qalb Father Joe...dak li ghamilt int ma jintesa' qatt.

No comments:

Post a Comment

Note: Only a member of this blog may post a comment.