Nilmhek wahdek,
fuq siggu mixhuta,
thares cassa,
lejn dinja li madwarek qisa tinsa,
li inti qeghda thoss l-ingassa,
thoss li l-biza qed teghlbek,
qed tirbah,
imma l-imhabba l'ghandek lejn dil-hajja,
qed nerga nimrah,
inhossok,
kburija,
fl-istess hin maghdura,
tahseb fuq li tahseb,
u ssaqsi,
tghid in-nies qed jghidu li sejra lura?
Nixtieq li fil-vicin,
ta' kull kelma li nikteb,
ghalik issir hajja,
ta' ferh misthoqq bla tmiem,
tghid fil genna ser ikun hemm bajja?
Nara l-immagini tieghek,
fuq il-hgieg imtappan,
int li f'dawn l-ahhar xhur,
qalbna irnexxielek isahhan,
b'dal ferh,
serh,
hena,
stenna, titlaqx,
le tmurx,
il-kantuniera li jmiss,
ghalissa ddurx,
Annabelle,
il-kliem tieghek jizboq il-hajja,
fejn in-nifs hu nieqes,
irnexxielek int tmiss qlub,
fejn il-boghod hu mittiefes,
hrabt int min kull ghawg,
u waqt li tobghod li haddiehor ikollu jqajmek,
jghinek tiekol, tixrob u dak li ma tafx int tixtarr,
dil-hajja li tahseb li warbitek,
u forsi offritlek biss imrar,
imma le, le,
bi kliemek kont int dawl,
b'ghemilek,
aqwa min idjoma jew qawl,
tajt nifs fejn l-arja kienet bahh,
wasalt int sallum,
li haddiehor li kien ser jghix iktar minnek,
spicca biex qatt ma rah,
Bil-kelma li taghti int,
bid-dahka min naha ghal ohra ta dak il wicc,
int tajtna ktieb, trid thallilna wirt,
ghal qalbna sirt,
u dan mhux bhala kapricc,
imma ghax ahna irridu nkunu,
bhax xih sagg, li kelma ta gherf, zmien ilu, kiela,
qabel hu fis-skiet, bil-kwiet,
dar il-kantuniera,
Annabelle, ahna kollha nhobbuk,
irridu ngawduk,
u jekk dak il-mument,
jasal,
w'il-Mulej ikun kuntent,
li isejjah hu dan l-anglu
nixtiqek tkun taf,
li fit-talb taghna int ghal dejjem tkun,
u din weghda tieghi, kemm haj jiena ndum,
u nghidha b'certa ciera,
fis-skiet,
bil-kwiet,
jekk int idur qabilna l-ahhar kantuniera.
No comments:
Post a Comment
Note: Only a member of this blog may post a comment.