Saturday, July 7, 2012

L-ikel tieghek kien itini l-hajja,
u bhala mahbub ma' gismek kont nitlajja,
ghalija gismek kien u ghadu l-isbah tempju,
u int b'imhabbtek ta' hajti x-xempju,
allura x'ser naghmel kull gurnata li tigi
w'lilek ma narax?
x'ser naghmel kif jigini aptitek,
u immissek ma nistax?
kien hemm forsi min kien kontrik,
jew sahansitra bil-qabda kontrija,
imma ghidli int,
l-aqwa mhux li jien nghix ghalik
w'li int tghix ghalija?
U ghidli x'jiswa li miggieled tkun,
kuljum
meta quddiemna hekk issa hemm l-isbah zmien,
ghax fid-dlam gejt int u dawaltli hajti,
int l-isbah fjura li qatt qtajt jien,
x'jiswa li ghal kelma zejda tinbghad,
u meta jigu s-sajjetti u r-raghad,
jiddispjacik ghal dak li ghadt,
ghalekk ejja hdejja,
hu jdejja,
u ghidli il-kliem li tant ilni ma nisma,
w'jekk jien xi darba smajt,
iddubitajt,
ittini t-tort?
Imma l-weghhat ghamluni b'sahhti
w'urewni li l-imhabba ma tmut qatt,
mhix hi bhal brama li tigdmek,
jew zokk fil-bahar li jimxi bl-imbatt,
l-imhabba hi bhal stilla dejjiema,
li ssaqfet u ssaffet fuq il-int u l-jiena,
ghalekk holl xuxtek,
u halliha ttir mar-rih,
ghaz iz-zmien ikrah ghadda,
w'issa gej iz-zmien is-sabih,
ftakar li fl-ilma mdardar xorta tara r-riflessjoni,
u hadt daqs tieghek ma' gabli dik l-emozzjoni,
Hudni mieghek matur il-milja taz-zmien,
w'ilqa din talbi,
ejja nixjiehu flimkien,
ghax il-granet il-bod minnek,
vera ghamluni bniedem frank,
imma gabuni bil-wisq fqir,
bhal sinjur ghani minghajr flus fil-bank,
w'ghalekk ejja hdejja, aqbadni mill-gdid,
ghax forsi xi drabi jien ma nurikx,
imma lilek ghal dejjem ser nibqa rrid.

No comments:

Post a Comment

Note: Only a member of this blog may post a comment.